Eks Prim Ministru tal-Ġappun Shinzo Abe jinqatel b’tiri waqt attività ta’ kampanja politika.
Skont rapporti, sparaw fuqu darbtejn waqt li kien qed jagħti diskors fil-belt tan-Nofsinhar ta’ Nara nhar il-Ġimgħa filgħodu.
Huwa waqa’ immedjatament u ttieħed b’urġenza lejn l-eqreb sptar.
Uffiċjali tas-sigurtà fuq il-post qabdu raġel armat, u s-suspettat ta’ 41 sena issa jinsab taħt il-kustodja tal-pulizija.
F’konferenza stampa emozzjonali ftit sigħat wara, il-Prim Ministru Fumio Kishida qal lill-ġurnalisti li s-Sur Abe kien f'”kundizzjoni gravi ħafna”. Qal ukoll li t-tobba kienu qed jagħmlu dak kollu li jistgħu u li kien qed jitlob minn qalbu biex Abe jgħix.
Huwa kkundanna wkoll l-attakk, u qal li huwa attakk barbaru u malizzjuż u ma jistax jiġi ttollerat.
