Select Page

Waqt l-omelija tiegħu lejlet il-festa ta’ San Benedittu, l-Arċiqof Charles Scicluna tkellem dwar kemm il-poplu Malti jirrispondi u jagħti sehmu kull meta jkun hemm appell għall-għajnuna f’xi maratona.

Filwaqt li qal li hemm bżonn nirringrazzjaw lil Alla ta’ dan it-tajjeb li hemm fina u fostna, saħaq li hemm bżonn noqogħdu attenti u nevitaw dik li hu sejħilha “il-kultura tal-iskart”.

Huwa semma fost oħrajn dwar kif inħarsu lejn persuni li ma naqblux magħhom jew għax il-kulur tal-ġilda jkun differenti minn tagħna.

Semma wkoll is-suġġett kontroversjali li għaddej bħalissa meta qal li xi wħud iriduna nemmnu li wieħed għandu dritt joqtol tarbija fil-ġuf. Filwaqt li qal li mhux kulħadd jitwieled perfett, huwa għamel referenza għad-Dar tal-Providenza fejn qal li tirrapreżenta l-kultura li tgħid li r-residenti tagħha “mhumiex skart, huma ħutna u la npoġġuhom fil-friża u lanqas noqtluhom.”

L-Arċisqof saħaq li għandu jkollna aktar sens tad-dinjità tal-bniedem.

“Aħna l-istess nies li ninkwetaw bil-qtil fil-gwerer imma mbagħad ngħidu li għandna dritt noqtlu tarbija fil-ġuf.”

L-Arċisqof Charles Scicluna

Ikkumenta

Enable Notifications OK No thanks