Fi stqarrija, il-Ministeru tas-Saħħa ħabbar li fuq rakkomandazzjoni konġunta taċ-Ċentru Ewropew għall-Prevenzjoni u l-Kontroll tal-Mard (ECDC) u l-Aġenzija Ewropea għall-Mediċina (EMA), se tiġi estiża l-istedina għat-tieni booster tal-Covid-19 lill-persuni li għandhom ‘il fuq minn 60 sena.

Il-parir tal-ECDC ġie wara ż-żieda fil-każijiet madwar id-dinja minħabba l-carjant preżenti tal-Covid-19.

Filwaqt li s’issa għad m’hemmx il-bżonn li persuni iżgħar fl-età jirrikorru għaliha, l-awtoritajiet tas-saħħa qed jappellaw sabiex min jirċievi l-istedina għat-tieni booster fil-ġranet li ġejjin, li se tintbagħat bil-ponta, jattendi fil-ġurnata u l-post indikati.

Ikkumenta

Enable Notifications OK No thanks