Waqt intervista fuq il-programm tar-radju Andrew Azzopardi on 103, is-Supretendent għas-Saħħa Pubblika Charmaine Gauci qalet li r-rakkomandazzjoni tagħhom hija li persuni li huma vulnerabbli jilbsu maskri FFP2 meta jkollhom bżonn imorru f’postijiet iffullati min-nies, inkluż f’tal-linja.

Hija rrakkomandat li wieħed għandu jilbes dawn it-tip ta’ maskri f’dawn il-postijiet, anki jekk ikun ħa d-dożi kollha tal-vaċċin tal-Covid-19, għax b’differenza minn maskri oħrajn, jipproteġu lil min jilbisha wkoll.

Ikkumenta

Enable Notifications OK No thanks