Dalgħodu, fuq il-paġna ta’ Facebook tiegħu, Bjorn qasam il-mument li Veronica u Joe id-Dulli marru jferħu lir-residenti ta’ Dar Bjorn.

Huwa qal li kulħadd ħa pjaċir bil-preżenza tagħhom u anki kantaw mal-kanzunetti Maltin.

Fi tmiem iż-żjara, Bjorn qal li d-Dulli talab lil kulħadd biex jitlob għalih.

“Kuraġġ għal għada ħabib, napprezzaw minn qalbna dak li għamilt magħna u nitolbu lil Alla li għada jmur kollox sew.”

Bjorn Formosa

Ftit ilu Veronica u Dulli ġew iferħħu lir-residenti ta’ DAR Bjorn. Kulħadd ħa pjaċir u tgħidx kemm kantajna…

Posted by Bjorn Formosa on Monday, July 11, 2022

Ningħaqdu ma’ Bjorn u r-residenti ta’ Dar Bjorn u nżommu lid-Dulli fi ħsibijietna.

Ikkumenta

Enable Notifications OK No thanks