Tfajla ta’ 14-il sena minn Kopenħagen mietet f’inċident traġiku fuq rollercoaster fit-tieni l-akbar belt fid-Danimarka, Aarhus.
Skont rapporti, l-inċident fil-park Tivoli Friheden seħħ meta parti mir-rollercoaster bl-isem ta’ Cobra, ta’ fejn ipoġġu bilqiegħda n-nies, inqalgħet u baqgħet imdendla.
Il-pulizija qed tinvestiga l-kawża tal-inċident.
Ġenitur li kien qed iżur il-park mat-tliet uliedhom qal lill-gazzetta Daniża Arhus Stiftstidende li kien hemm ħoss qawwi meta seħħ l-inċident.
Il-pulizija qalet li tifel ta’ 13-il sena sofra ġrieħi f’id waħda.
Ir-rollercoaster twil 400m, imsejjaħ Cobra, jilħaq veloċitajiet sa 70 km/h (43mph), skont is-sit elettroniku tal-park.
L-inċident ta’ nhar il-Ħamis mhux l-ewwel wieħed li seħħ fuq din l-istess ride. Fl-2008, ftit wara li fetaħ għall-ewwel darba, parti fejn ipoġġu bilqiegħda n-nies inqalgħet, u weġġgħu erba’ persuni.
