Select Page

L-anniversarju taż-żwieġ ta’ Daniel u Fiorella Chircop kien wieħed speċjali aktar mis-soltu din is-sena.

Dan għaliex mhux biss għalqu 10 snin miżżewġin imma ċċelebraw l-10 snin miż-żwieġ tagħhom billi ġeddew il-wegħdiet ta’ mħabbithom.

Minn dak li kitbet Fiorella jidher li din kienet sorpriża li taha Daniel.

Fil-post tagħha, Fiorella qalet lil Daniel li tħossha fortunata ħafna li qed tgħix il-ħajja miegħu. Qaltlu wkoll li diffiċli ssib kliem biex tgħidlu kemm ifisser għaliha.

“Jekk qatt għamilt xi ħaġa tajba f’ħajti, kienet meta tajt qalbi lilek “

Fiorella lil Daniel

F’isem it-tim ta’ skoperta.net, nawguraw lil Daniel u Fiorella ħafna aktar snin mimlija mħabba u kuntentizza.

Ikkumenta

Enable Notifications    OK No thanks