Permezz ta’ filmat li tellgħu fuq il-paġna ta’ Facebook tagħhom TwoPapasMalta, il-koppja Noel u Chris Vella Galea esprimew is-sinifikat li għandha din il-ġurnata għalihom.
Bħal-lum 4 snin ilu, Noel u Chris għannqu għall-ewwel darba lit-tifel tagħhom Daniel għaliex kienet proprju l-ewwel darba li ltaqgħu miegħu.
Fil-filmat, Daniel irringrazzja lill-ġenituri tiegħu talli jħobbuh.
Din mhix l-unika ġurnata sinifikanti għal Noel u Chris f’dan ix-xahar għaliex nhar it-Tlieta li ġej huwa wkoll l-anniversarju ta’ meta ltaqgħu mat-tifel tagħhom Santiago għall-ewwel darba.
Ix-xahar ta’ Lulju huwa wkoll speċjali għalihom għaliex fih Daniel jagħlaq sninu, kif ukoll jiċċelebraw l-anniversarju taż-żwieġ tagħhom.
July is a special month as today marks the 4th year anniversary when we met and embrassed our eldest son Daniel for the first time in Portugal…….This spontaneous clip says it all. .👬🌈 💙💛💚
Posted by TwoPapasMalta on Saturday, July 16, 2022
