L-użu tal-emoticons f’din l-era diġitali sar parti kruċjali minn ħajjitna hekk kif xi drabi, ħafna jagħżlu li jikkomunikaw il-ħsibijiet tagħhom permezz ta’ karattri diġitali magħrufa bħala emoticons jew emojis.
Ħafna drabi, l-emojis jikkumplimentaw il-kliem li bihom nesprimu s-sentimenti tagħna lill-maħbubin tagħna u kapaċi wkoll inisslu tbissima.
Pictograms, logograms, ideograms, u smileys huma ismijiet oħra għall-emojis. Dan il-metodu grafiku ta’ komunikazzjoni jmur lura għall-1982 meta x-xjenzat tal-kompjuter Scott Fahlmamn ippropona li simboli bħal:-) u :-(jistgħu jissostitwixxu l-lingwa.
Minħabba l-popolarità dejjem tikber tal-emojis, iOS, Android, u WhatsApp bdew joħorġu karattri ġodda u jagħmlu bidliet fl-emojis attwali tagħhom.
Kultant emoji sempliċi huwa dak kollu li nkunu eħtieġu biex noħorġu minn sitwazzjoni xi ftit skomda.
Fil-fatt, żgur li kollha kemm aħna nużaw l-emojis f’xi ħin jew ieħor fil-ħajja tagħna ta’ kuljum, allura għaliex ma niċċelebrawx il-jum għal dawn l-ikoni diġitali li rridu nammettu li saru parti minn ħajjitna?
Kull sena fis-17 ta’ Lulju, jiġi mfakkar il-Jum Dinji tal-Emoji. Il-kreditu jappartjeni lil Jeremy Burge, l-inventur ta’ Emojipedia, sit elettroniku ta’ referenza għall-emoji li telenka t-tifsira u l-użu tal-emojis kollha.
Bħalissa hemm aktar minn 3,500 emoji disponibbli fuq l-internet!
Shigetaka Kurita, programmatur Ġappuniż, ivvinta l-emojis fl-1999 sabiex il-pagers fin-nazzjon tiegħu jkunu jistgħu jittrasmettu u jirċievu emoticons f’forma ta’ qalb.
Minn dakinhar, il-Konsorzju Unicode żviluppa standards universali għall-karattri, inklużi l-emojis, fis-sistemi kollha tas-softwer, bil-frekwenza tkun waħda mill-kriterji determinanti dwar jekk l-emoticon tkunx adattata.
Liem huma l-emojis favoriti tiegħek?
