Ingredjenti (għal 15-il faqqiegħa):
15-il faqqiegħa
Mgħarfa żejt tal-kanola
Żewġ imgħaref tewm, imqatta’
Nofs imgħarfa melħ kosher
Nofs Imgħarfa bżar iswed, midħun frisk
225g ġobon kremuż, imrattab
30g frak tal-ħobż
50g ġobon parmiġġan maħkuk, maqsum
Żewġ imgħaref tursin frisk, imqatta’
Kuċċarina melħ
Kuċċarina bżar iswed, midħun frisk
Tursin frisk, imqatta’, biex iżżejjen
Metodu:
- Saħħan il-forn għal 180 ° C.
- Aqta’ z-zkuk minn faqqiegħa u aqtagħhom fin, filwaqt li twarrab il-kumplament tal-faqqiegħ għal aktar tard.
- Saħħan iż-żejt ġo taġen fuq nar għoli. Sajjar iz-zkuk imqattgħin mat-tewm, il-melħ u l-bżar għal madwar 6 sa 8 minuti, ħawwad kontinwament. Oqgħod attent li ma taħraqx it-tewm. U itfih.
- Fi skutella mdaqqsa, ħallat iz-zkuk imsajjar, il-ġobon il-krema, il-frak tal-ħobż, nofs il-parmiġġan, it-tursin, il-melħ u l-bżar, ħawwad sakemm kollox jitħallat sew flimkien. It-taħlita għandha tkun magħquda ħafna.
- Poġġi l-faqqiegħ b’mod ugwali fuq folja tal-ħami, rasu ‘l isfel. Imla sew il-faqqiegħ bit-taħlita.
- Roxx fuq kull faqqiegħ il-ġobon parmiġġan maħkuk. Aħmi għal 20 minuta.
- Żejjen bit-tursin, imbagħad servi!
L-ikla t-tajba!
Ikkumenta
