Maria Formosa, li ċertament m’għandha l-ebda bżonn ta’ introduzzjoni, se tkun qed tkompli bir-rwol tagħha bħala preżentatriċi, iżda din id-darba fuq it-televiżjoni.

Fil-ġimgħat li għaddew, permezz ta’ filmati f’forma ta’ podcasts bl-isem ta’ Marelli kienet qed twasslilna intervisti ma’ persuni li għandhom lil xi ħadd qrib tagħhom bil-kundizzjoni tal-ALS.

Din id-darba, se tkun qed tagħmel dan fuq it-televiżjoni, fuq l-istazzjon F Living, kull nhar ta’ Ħamis fis-7 ta’ filgħaxija.

Maria tistqarr li fil-verità ma tantx tħobb tidher fuq it-televiżjoni iżda l-ħsieb wara dan il-programm huwa għal qalbha. Hija qalet li tista’ tifhem minn xiex ikunu għaddejjin dawk il-ħafna persuni li jgħinu għaliex għandha lir-raġel tagħha bil-kundizzjoni.

Il-programm se jibda minn nhar il-Ħamis li ġej u fl-ewwel programm, Maria se tlaqqagħna mal-kunjata tagħha, Carmen Formosa li se tirrakkonta fost oħrajn sitwazzjonijiet li għaddiet minnhom meta Bjorn kien għadu jgħix magħha.

Il-programm Marelli se jixxandar ukoll kull nhar ta’ Ġimgħa fl-10 ta’ filgħodu, is-Sibt fil-5 ta’ wara nofsinhar u l-Ħadd fl-4:30 ta’ wara nofsinhar.

Ikkumenta

Enable Notifications OK No thanks