Select Page

Kmieni dalgħodu, pulizija li kien pajżan, ittajjar minn karozza misjuqa minn raġel.

Dan ġara waqt li r-raġel kien qed jipprova jaħrab mill-pulizija li kienu qed isegwuh minħabba li kien qed jiġi mfittex fuq reati kriminali.

Fi stqarrija, il-pulizija qalet li fl-attentati tiegħu biex jaħrab mill-pulizija, ir-raġel għadda minn diversi toroq one way u poġġa fil-periklu diversi karozzi u nies li kienu għaddejjin, fosthom il-pulizija, li ma kienx qed isegwi lir-raġel, iżda li nzerta kien fl-inħawi bil-mutur personali tiegħu.

Minkejja dan l-inċident, u li l-pulizija sparaw tiri ta’ twissija lejn il-karozza u fl-arja, ir-raġel baqa’ għaddej jipprova jaħrab mill-pulizija.

Il-pulizija damet issegwi lir-raġel għal madwar siegħa, bdew minn Ħal Qormi sakemm finalment irnexxielhom iwaqqfuh u jarrestawh meta waslu Raħal Ġdid.

S’issa ma ngħatawx dettalji dwar l-identità tar-raġel iżda l-pulizija kkonfermat li huwa Malti, u qed jinżamm arrestat waqt li bħalissa għaddejja investigazzjoni dwar dan il-każ.

Il-pulizija li ndarab ittieħed l-isptar Mater Dei u ġie operat. Huwa mifhum li l-kundizzjoni tiegħu hija waħda gravi iżda mhuwiex fil-periklu tal-mewt.

Ikkumenta

Enable Notifications OK No thanks