Il-Prim Ministru Taljan Mario Draghi ta r-riżenja tiegħu lill-President Sergio Mattarella nhar il-Ħamis wara li l-gvern tiegħu waqa’. Riżultat ta’ dan, il-pajjiż qed jiffaċċja taqlib politiku kif ukoll sfidi kbar fis-is-swieq finanzjarji.

L-uffiċċju ta’ Mattarella qal fi stqarrija li l-kap tal-istat “ħadet nota” tar-riżenja u talab lil Draghi biex jibqa’ f’kariga ta’ provviżorju.

L-istqarrija ma qalitx x’kien se jagħmel Mattarella wara. Sorsi politiċi qalu aktar kmieni din il-ġimgħa li x’aktarx ixolji l-parlament u jsejjaħ elezzjonijiet bikrija f’Ottubru.

Mattarella qed jippjana li jiltaqa’ mal-kelliema taż-żewġ kmamar tal-parlament il-Ħamis wara nofsinhar.

Il-koalizzjoni tal-Italja sfaxxat nhar l-Erbgħa meta tlieta mill-imsieħba ewlenin ta’ Draghi ma appoġġjawhx f’vot ta’ fiduċja li kien sejjaħ biex jipprova jtemm il-firdiet u jġedded l-alleanza tagħhom.

Il-kriżi politika temmew xhur ta’ stabbiltà fl-Italja, li matulhom l-eks bankier ċentrali rispettat Draghi kien għen biex jifforma r-rispons diffiċli tal-Ewropa għall-invażjoni tal-Ukrajna mir-Russja u kien saħħaħ il-pożizzjoni tal-pajjiż fis-swieq finanzjarji.

Il-bonds u l-istokks Taljani nbiegħu b’mod qawwi nhar il-Ħamis hekk kif is-swieq kienu qed jippreparaw għall-ewwel żieda fir-rati tal-imgħax mill-Bank Ċentrali Ewropew mill-2011.

Draghi kien diġà tefa’ r-riżenja tiegħu l-ġimgħa li għaddiet wara li wieħed mis-sieħba tiegħu, il-Moviment populista 5-Star, naqas milli jappoġġjah f’vot ta’ fiduċja dwar miżuri li jindirizzaw l-għoli tal-ħajja.

Madanakollu, Mattarella m’aċċettax ir-riżenja u qallu biex imur quddiem il-parlament biex jara jekk jistax iżomm il-koalizzjoni għaddejja sal-aħħar tal-leġiżlatura.

F’diskors lis-Senat, Draghi għamel talba għall-għaqda u ressaq sensiela ta’ kwistjonijiet li qed tiffaċċja l-Italja li jvarjaw mill-gwerra fl-Ukrajna għal inugwaljanza soċjali u prezzijiet li qed jogħlew.

Iżda l-partit 5-Star għal darb’oħra ddeċieda li ma jappoġġjahx, u qal li ma kienx indirizza t-tħassib ewlieni tiegħu.

Ikkumenta

Enable Notifications OK No thanks