M’hemm l-ebda evidenza li Vladimir Putin huwa instabbli jew marid, qal id-direttur tas-CIA, William Burns.

Minn mindu r-Russja invadiet l-Ukrajna, kien hemm diversi spekulazzjonijiet jiċċirkolaw fuq il-midja internazzjonali li baqgħu jippersistu sal-lum, li Putin, li jagħlaq 70 sena din is-sena, jista’ jkun qed isofri minn xi kundizzjoni jew marda, possibilment kanċer.

Iżda William Burns qal li m’hemm l-ebda evidenza li turi dan, u b’mod umoristiku tenna li anzi jidher “b’saħħtu wisq”.

Burns qal dan hekk kif l-Istati Uniti ħabbret li se tipprovdi aktar armi sofistikati lill-Ukrajna biex tkompli tiġġieled kontra r-Russja.

Ikkumenta

Enable Notifications OK No thanks