F’dawn l-aħħar jiem, bosta kienu qed jistennew bil-ħerqa biex jiskopru min se jkunu l-ġurija u l-preżentatur ta’ Malta’s Got Talent, hekk kif ġie żvelat li dan se jkun qed jirritorna.

Ray Attard, Valentina Rossi, Sarah Zerafa se jkunu fost il-ġurija tat-tieni edizzjoni ta’ Malta’s Got Talent.

B’differenza mill-ewwel edizzjoni, fejn rajna lil Gordon Bonello bħala preżentatur, din id-darba se narawh fir-rwol differenti, għaliex huwa wkoll se jkun wieħed mill-ġurija.

Din id-darba se jkun Gianni Zammit li jippreżenta Malta’s Got Talent.

Ir-rebbieħa tal-ewwel edizzjoni ta’ Malta’s Got Talent kien id-duo li tant seraq qlub tal-Maltin u l-Għawdxin, tal-missier u l-iben, l-għannejja Jomike u Lydon.

Ikkumenta

Enable Notifications OK No thanks