Bħalissa għaddejja investigazzjoni mill-pulizija dwar qtil li seħħ hekk kif inqalgħet ġlieda bis-skieken illum wara nofsinhar fil-Marsa.
Mal-wasla tat-tim mediku fuq il-post, ir-raġel midrub ittieħed l-isptar Mater Dei b’ambulanza li miet ftit sigħat wara.
Il-vittma huwa ta’ nazzjonalità Eġizzjana u huwa mifhum li l-pulizija arrestat raġel ieħor b’rabta ma’ dan il-każ.
Ikkumenta
