Ingredjenti (għal 6 porzjonijiet):
455g sider tat-tiġieġ, imqatta’
455g fjoretti tal-brokkoli
225g faqqiegħ, imqatta’
3 imgħaref żejt, għall-qali
Ftit melħ u bżar, għat-togħma
Għaz-zalza:
3 sinniet tewm imfarrak
Mgħarfa ġinġer imfarrak
2 kuċċarini żejt tal-ġunġlien (sesame oil)
80ml soy sauce
Mgħarfa zokkor ismar
240ml stokk brodu tat-tiġieġ
30g dqiq
Metodu:
- F’taġen kbir fuq nar medju-għoli, żid mgħarfa żejt. Ladarba ż-żejt ikun jaħraq, żid it-tiġieġ, roxx ftit melħ u bżar, u aqli sakemm isir u jismar. Neħħi tiġieġ imsajjar mit-taġen u warrab.
- Fl-istess taġen, saħħan mgħarfa żejt u żid il-faqqiegħ. Meta l-faqqiegħ jibda jirtab, żid il-fjorituri tal-brokkoli u ħawwad sakemm il-brokkoli jkun sar sew. Neħħi l-faqqiegħ imsajjar u l-brokkoli mit-taġen u warrab.
- Żid mgħarfa żejt fit-taġen u qalli t-tewm u l-ġinġer. Żid l-ingredjenti taz-zalza li fadal u ħawwad sakemm tkun lixxa.
- Poġġi t-tiġieġ u l-ħaxix fit-taġen taz-zalza, ħawwad sakemm jisħon kollox f’daqqa.
- Servi ma’ ross sħun jew noodles.
L-ikla t-tajba!
Ikkumenta
