Select Page

Fuq il-paġna ta’ Facebook tiegħu, Peppi Azzopardi rreaġixxa għall-aħbar li l-Kap tal-Kulleġġ San Albert il-Kbir, Mario Mallia mhuwiex se jibqa’ jmexxi l-iskola mis-sena skolastika li jmiss.

F’kummenti li ta lil Lovin Malta, Mario Mallia ċċara li hu ma telaqx mill-pożizzjoni tiegħu iżda ġie mkeċċi minħabba li introduċa inizjattivi inklużivi fil-kulleġġ, inkluż għall-istudenti li jħaddnu reliġjonijiet differenti. Huwa kien ilu surmast għal aktar minn 16-il sena.

Skont ma ġie rrappurtat minn Newsbook.com.mt, Patri Aaron Zahra, ir-rettur tal-kulleġġ li jifforma parti mill-Provinċja Dumnikana Maltija, se jkun qed iservi bħala kap tal-iskola b’mod temporanju.

Peppi stqarr li l-aħbar tat-tkeċċija ta’ Mario Mallia xxukkjatu.

Li sab l-aktar xokkanti Peppi huma r-raġunijiet li skont hu ġie mkeċċi minħabba fihom.

Peppi qal li Mario Mallia tkeċċa għaliex ħoloq stil ġid ta’ kif imexxi, għax fl-iskola ħoloq ambjent demokratiku fejn it-tfal jipparteċipaw u għad ħadem bla nifs biex kulħadd ikun inkluż bħa differenzi ta’ abilità, orjentazzjoni sesswali, ta’ kull kulur u ta’ kull twemmin, u ta’ kull għamla u qis.

Nafu lil Mario u naf kif ta qalbu u saħħtu għal din l-iskola. Kont tiltaqa’ mal-ġenituri, mal-istudenti, mal-istaff u kollha jgħidulek kemm kienu kuntenti f’din l-iskola. U mal-ferħ tagħhom isemmu lis-surmast, lil Mario.
Peppi Azzopardi

Kompla jgħid li mhux kumbinazzjoni li l-iskola ta’ San Albert il-Kbir titrażmetti ferħ u mħabba kontinwa. “It-tmexxija ta’ Mario Mallia kienet ispirata minn Papa Franġisku.”

Il-Bord tal-iskola għandu jipprova jilħaq ftehim. L-istudenti, il-ġenituri u l-istaff m’għandhomx jaċċettaw din it-tkeċċija. Mhux biss b’solidarjetà ma’ Mario imma b’solidarjetà akbar mal-istudenti ta’ San Albert.
Peppi Azzopardi

Mario Mallia huwa wkoll d-deputat chairperson tal-ADPD, membru tal-Kummissjoni Nazzjonali għall-Promozzjoni tal-Ugwaljanza kif ukoll membru fuq il-Bord tal-Fondazzjoni għas-Servizzi Edukattivi.

Ikkumenta

Enable Notifications    OK No thanks