Ftit tal-ħin ilu, il-kantanta stabbilita Lyndsay Pace nediet kanzunetta ġdida bl-isem ta’ Trippin’, produzzjoni u lirika ta’ Michael James Down u Will Taylor,

Il-kanzunetta Trippin’, li għandha ħoss kurrenti u vibranti ħafna, ġiet imnedija flimkien ma’ vidjow mużikali bi produzzjoni u direzzjoni ta’ Aaron Zarb, maħdum minn Animaaron.

Il-vidjow mużikali, b’differenza minn dak li mdorrijin naraw, huwa fuq stil ta’ animazzjoni fejn fih naraw karattru partikolari ħafna.

Permezz ta’ Trippin’, Lyndsay qed twassal il-messaġġ fuq kemm huwa importanti li wieħed għandu dejjem jemmen fih innifsu anki meta jsib l-ostakli fil-ħajja.

Lyndsay tistqarr li tinsab ħerqana ħafna biex taqsam l-album il-ġdid tagħha Dopamine ħiereġ uffiċjalment proprju dan is-sajf.

Dawn il-kanzunetti qegħdin jindaqqu fuq l-istazzjonijiet tar-radju ewlenin kif ukoll huma disponibbli fuq il-pjattaformi diġitali kollha bhal Spotify, ITunes, Apple Music u oħrajn.

Ikkumenta

Enable Notifications OK No thanks