Select Page

Fi stqarrija, l-Assoċjazzjoni tal-Iskejjel tal-Knisja (CSA) qalet li tinsab iddispjaċuta li d-differenzi bejn il-Bord tat-Tmexxija tal-Kulleġġ ta’ San Albert il-Kbir u l-kap tal-istess kulleġġ, is-Sur Mario Mallia, ma ġewx solvuti u wasslu għat-tmiem tal-impjieg tas-Sur Mallia.

Żiedet tgħid li mingħajr ma tidħol fir-raġunijiet tat-tmiem tal-ħidma tas-Sur Mallia, l-Assoċjazzjoni tixtieq tirrikonoxxi l-kontribut siewi tiegħu għall-inklużjoni ta’ diversi studenti minn realtajiet differenti.

Filwaqt li stqarret li Mario Mallia dejjem fittex modi ġodda kif jista’ jsaħħaħ il-pożizzjoni ta’ dawk inqas fortunati, l-Assoċjazzjoni rringrazzjat lil Mallia tal-kontribut kbir li ta għal ħafna snin sabiex l-iskejjel tal-Knisja jkomplu jagħtu aktar kas lil min hu batut.

Fl-aħħar nett, l-Assoċjazzjoni tal-Iskejjel tal-Knisja qalet li temmen bis-sħiħ li l-iskejjel tal-Knisja għandhom jibqgħu jitmexxew permezz tal-ħidma flimkien tal-persuni lajċi u s-saċerdoti reliġjużi u djoċesani, hekk kif diġà jseħħ fil-maġġoranza tal-iskejjel tal-Knisja.

Ikkumenta

Enable Notifications    OK No thanks