Theresa Cini, bint Vince Cini, li dalgħodu tħabbret il-mewt tiegħu, esprimiet fuq il-midja soċjali il-gratitudni tagħha lejn Patri Aaron Zahra għal dak li għamel ma’ missierha ftit qabel ma’ ħalla din id-dinja.
Hija rringrazzjat lill-Patri Aaron Zahra talli matul il-lejl li għadda mar mill-ewwel id-dar tagħhom u għamel is-CPR kif ukoll il-griżma lil missierha.
Fil-post tagħha, Theresa qalet li m’għandhiex kliem biex tirringrazzjah u li mhi se tinsa qatt l-isforzi tiegħu biex jipprova jsalva lill-għażiż missierha.

Bosta li esprimew d-dieqa tagħhom għall-aħbar tal-mewt tiegħu fuq il-midja soċjali, iddeskrivew lil Vince Cini, mill-Birgu, bħala bniedem ċajtier ħafna, qalbu tajba u maħbub minn kulħadd.
F’isem it-tim ta’ skoperta.net, nagħtu l-kondoljanzi lill-familja, il-ħbieb u dawk kollha qrib tiegħu.
