L-avukat Alex Perici Calascione ġie elett Viċi Kap tal-Partit Nazzjonalista b’90% tal-voti.

Dan ġie kkonfermat miċ-Chairperson tal-Kummissjoni Elettorali, Rekords u Data tal-Partit Nazzjonalista, Peter Fenech hekk kif minn 1,078 vot, Alex Perici Calascione kiseb 976 vot favur filwaqt li 104 ivvutaw kontra.

Wara tibdil li sar sentejn ilu fl-istatut tal-partit, Alex Perici Calascione se jkun l-uniku Viċi Kap tal-PN.

Ikkumenta

Enable Notifications OK No thanks