Alexia Micallef rebħet il-festival ta’ L-Għanja tal-Poplu bil-kanzunetta Fil-Kexxun ta’ Lon Kirkop.
Hija rebħet ukoll il-Premju Enzo Gusman, li beda jingħata proprju minn din is-sena, għall-aħjar interpretazzjoni.
Maria Bellia ġiet ikklassifikata fit-tieni post bil-kanzunetta Ismi, ta’ Iona Dalli u Maria Bellia, filwaqt li l-grupp Mara ġew ikklassifikati fit-tielet post bil-kanzunetta Ħelu Manna ta’ Emil Calleja Bayliss u Philip Vella.
Fis-46 edizzjoni ta’ L-Għanja tal-Poplu, li ttella’ fi Pjazza Teatru Rjal, bi preżentazzjoni ta’ Valerie Vella, ingħata wkoll il-Premju għall-Aħjar Tema Soċjali lil Joe Julian Farrugia għall-kanzunetta Mr X, kif ukoll il-Premju għall-Aħjar Kantawtur lil Maria Bellia għall-kanzunetta Ismi.
