Beyoncé qed tiffaċċja kritika qawwija talli użat kelma f’ lirika fl-album il-ġdid tagħha, Renaissance, li ħafna jsibuha bħala offensiva.

Fil-kanzunetta Heated, miktuba flimkien mill-istilla Kanadiża Drake, din il-kelma tissemma darbtejn.

Spazzin’ on that ass, spaz on that ass

Il-kelma tista’ tfisser li “qed tiġġennen” fl-Istati Uniti iżda huwa magħruf ħafna li ġejja mill-kelma “spastic”.

It-terminu spiss jintuża b’mod derogattiv biex jiddeskrivi lil dawk b’diżabilità, speċjalment li jgħixu bil-kundizzjoni tal-paraliżi ċerebrali.

Dan inqala’ ftit ġimgħat biss wara li l-istilla tal-pop Amerikana Lizzo skużat ruħha talli użat l-istess kelma fil-kanzunetta tagħha GRRRLS.

L-organizzazzjoni tal-karità tad-diżabilità Scope qed titlob lil Beyoncé biex terġa’ tirrekordja l-kanzunetta, filwaqt li tħalli barra l-insult.

“Il-kliem huwa importanti għax isaħħu l-attitudnijiet negattivi li jiffaċċjaw in-nies b’diżabilità kuljum,” jgħid il-maniġer tal-midja Warren Kirwan.

“Beyoncé ilha ċampjin tal-inklussività u l-ugwaljanza, għalhekk inħeġġuha tneħħi din il-lirika offensiva.”

Ikkumenta

Enable Notifications OK No thanks