Select Page

Dr Meredith Grey se tkun qed tnaqqas mix-xogħol tagħha fi Grey’s Anatomy.

L-istilla tas-serje Ellen Pompeo mistennija tidher fi 8 episodji fis-serje, madwar terz tan-numru tas-soltu għal kull staġun, meta s-serje tal-ABC tirritorna għad-19-il staġun tagħha fis-6 ta’ Ottubru.

Pompeo qed tnaqqas l-impenn tagħha hekk kif tipprepara biex tieħu sehem f’serje oħra bbażata fuq storja tal-ħajja reali ta’ adozzjoni tal-2010 li tinvolvi koppja tal-Istati Uniti. S’issa għadu mhux magħruf l-isem ta’ din is-serje.

Se jkun hemm karattri ġodda li se jgħinu biex l-Isptar fittizju Grey Sloan Memorial f’Seattle jibqa’ għaddej. Alexis Floyd, Niko Terho u Harry Shum Jr se jkunu fost dawk li jingħaqdu fis-serje bħala interns.

Pompeo hija waħda mill-atturi tal-kast oriġinali li fadal, li jinkludu lil Chandra Wilson u James Pickens Jr. Is-serje nħolqot mill-produttriċi-kittieba Shonda Rhimes, li hija ikona tat-televiżjoni Amerikana. Tnejn mill-produzzjonijiet tagħha li kisbu suċċess fenomenali huma Bridgerton u Scandal.

Skont rapport minn Deadline Hollywood, Pompeo se żżomm xorta d-dmirijiet tagħha bħala produttur eżekuttiv u narratriċi għal .Grey’s Anatomy.

Ikkumenta

Enable Notifications    OK No thanks