Iċ-Ċina qed tagħti bidu għall-akbar eżerċizzji militari tagħha fl-ibħra madwar it-Tajwan wara ż-żjara tal-Ispeaker tal-Kamra Amerikana Nancy Pelosi.
It-Tajwan qal li ċ-Ċina kienet qed tipprova tibdel l-istatus quo fir-reġjun.
Pelosi għamlet żjara qasira iżda kontroversjali fit-Tajwan.
It-Tajwan qal li l-eżerċizzji militari se jikkawżaw imblokk tal-baħar u l-ajru filwaqt li l-Istati Uniti qalet li l-eżerċizzji militari huma irresponsabbli u jista’ jintilef il-kontroll.
Huwa mifhum li l-militar tat-Tajwan se jirreaġixxi b’kawtela iżda xorta hemm riskju ta’ konfrontazzjoni.
Skont il-gvern Tajwaniż, diversi ministeri sofrew cyber attacks fl-aħħar jiem.
It-Tajwan talab ukoll lill-vapuri biex jieħdu rotot differenti u qed jinnegozja mal-Ġappun u l-Filippini biex isibu rotot alternattivi tal-avjazzjoni.
Il-Ġappun esprima wkoll it-tħassib liċ-Ċina dwar iż-żoni koperti mill-eżerċizzji militari, li jgħid li jikkoinċidu maż-żona ekonomika esklussiva tagħha.
Nhar l-Erbgħa, iċ-Ċina żammet separatista Tajwaniż suspettat fil-provinċja kostali ta’ Zhejiang fuq suspett ta’ periklu għas-sigurtà nazzjonali, skont rapporti tal-midja lokali.
