Tensjoni kbira bejn Gaża u Iżrael wara lejl ta’ attakki qawwija.
Għexieren ta’ rokits sparati minn Gaża xegħlu s-sema, wara l-qtil ta’ mill-inqas 10 persuni f’attakki mill-ajru Iżraeljani.
Fost il-mejta kien hemm il-mexxej militanti Tayseer Jabari. L-Iżrael qal li l-attakk kien kawża ta’ theddida li saret mill-grupp tiegħu tal-Ġiħad Iżlamiku Palestinjan.
Inqatlet ukoll tifla ta’ 5 snin f’Gaża, u għexieren oħra ndarbu.
Ġie rrappurtat li l-grupp militanti Palestinjan spara aktar minn 100 rokit lejn Iżrael matul il-lejl.
Il-Forzi tad-Difiża Iżraeljana qalu li reġgħu bdew l-attakki bir-rokits kontra bosta pożizzjonijiet militanti f’Gaża, u komplew l-attakki fis-sigħat bikrin ta’ filgħodu.
L-Eġittu, li kien aġixxa bħala medjatur bejn iż-żewġ naħat fil-passat, qed joffri biex għal darb’oħra jaġixxi bħala medjatur bejniethom biex jipprevjeni milli s-sitwazzjoni tkompli teskala.
