Select Page

Erba’ vapuri oħra li jġorru qamħ u żejt tal-ġirasol telqu mill-portijiet tal-Ukrajna.

Miljuni ta’ tunnellati ta’ qamħ ġew ma setgħux jinħarġu mill-Ukrajna minħabba li r-Russi ma ppermettewx li dan isir. Dan wassal għal nuqqasijiet u prezzijiet ogħla tal-ikel f’pajjiżi oħra.

Iżda l-ġimgħa li għaddiet telaq l-ewwel vapur mill-portijiet tal-Ukrajna minn Frar.

L-aħħar vapuri li telqu, sejrin lejn it-Turkija fejn se jiġu spezzjonati bħala parti minn ftehim milħuq mar-Russja u n-Nazzjonijiet Uniti.

Huma telqu nhar il-Ħadd mill-portijiet ta’ Odesa u Chornomorsk.

Wara l-ispezzjonijiet, tnejn minnhom se jmorru t-Turkija, filwaqt li l-oħrajn sejrin l-Italja u ċ-Ċina.

Vapur ieħor vojt wasal Chornomorsk il-Ħadd wara nofsinhar, lest biex jitgħabba bil-qamħ għall-esportazzjoni.

Il-ftehim, li se jdum 120 jum, jista’ jiġġedded jekk iż-żewġ naħat jaqblu.

Is-suċċess ta’ dan il-ftehim, avvanz diplomatiku rari fil-gwerra li ilha għaddejja ħames xhur, huwa vitali għall-Ukrajna, u l-bqija tad-dinja. It-tama hija li l-esportazzjonijiet jgħinu biex tittaffa l-kriżi globali tal-ikel.

Jekk il-ftehim jinżamm, l-Ukrajna mistennija li tesporta sa tliet miljun tunnellata ta’ qamħ kull xahar.

L-ewwel vapur li ħalla l-Ukrajna l-ġimgħa li għaddiet, ir-Razoni, telaq minn Odesa b’27,000 tunnellata ta’ qamħirrum lejn il-port Libaniż ta’ Tripli.

Madankollu uffiċjali qalu li ma kienx se jasal Tripli nhar il-Ħadd kif kien ippjanat.

L-ambaxxata tal-Ukrajna fil-Libanu qalet lill-aġenzija tal-aħbarijiet Reuters nhar il-Ħadd li l-vapur kien “ittardja”, mingħajr dettalji dwar il-kawża jew data tal-wasla aġġornata.

Ikkumenta

Enable Notifications    OK No thanks