Ftit tal-ħin ilu tħabbret il-mewt tal-attriċi u kantanta Olivia Newton-John fl-età ta’ 73 sena.

Dan ħabbru r-raġel fejn qal li mietet fil-paċi, imdawwra bil-familja u l-ħbieb tagħha f’Kalifornja. Huwa talab ukoll biex rispettata il-privatezza f’dan iż-żmien diffiċli.

Il-kantanta u attriċi Awstraljana kienet waħda mill-akbar stilel tas-snin 70, magħrufa partikolarment għall-film klassiku Grease.

Hija kienet ilha tikkumbatti mal-kanċer tas-sider għal aktar minn 30 sena. F’Settembru tal-2018 żvelat li kienet qed tieħu l-kura għal kanċer fis-sinsla ta’ daharha. Din kienet it-tielet dijanjosi tagħha tal-kanċer, wara li ġiet dijanjostikata b’kanċer tas-sider fil-bidu tas-snin 90 u fl-2017.

Ikkumenta

Enable Notifications OK No thanks