Flokk tal-istilla tal-basketball Michael Jordan li libes matul wieħed mill-aktar staġuni famużi fil-karriera tiegħu fl-NBA mistenni jilħaq l-$5 miljun f’irkant.

Jordan libes il-flokk ta’ Chicago Bulls fl-ewwel logħba għall-Finali tal-NBA li saret fl-1998. Skont Sotheby’s żewġ flokkijiet jistghu jkunu f’irkant u dan il-flokk se jkun wieħed mill-uniċi tnejn li Jordan libes.

L-irkant se jkun miftuħ mis-6 ta’ Settembru sal-14 ta’ Settembru.


F’Ottubru 2021, par sneakers Nike Air Ships li ntliebsu minn Jordan nbiegħu għal $1.47 miljun.

Ikkumenta

Enable Notifications OK No thanks