Illejla, żewġ logħbiet importanti, għalżewg timijiet Maltin li qed jagħmlu unur lil Malta.

Hibernians u Hamrun Spartans ser jilagħbu away f’żewg partiti li huma validi mit-tieni leg tat-tielet rawnd tal-UEFA Europa Conference League.

Fis-19:45 tibda il-logħba bejn Hibernians u RFS tal-Latvia, filwaqt li l-Hamrun Spartans ser jilagħbu kontra Levski Sofia fit-20:00.


Agħmlu mezz u araw dawn iż-żewġ logħbiet, u min jaf forsi jagħmlu l-istorja li s’issa qatt ma seħet, fejn klabb Malti jilgħab partita play-off tal-Kompetizzjoni Ewropea, li tfisser il-partita ta’ qabel il-fażi tal-gruppi.


Forza Hibernians. Forza Hamrun. Forza Malta.

Ikkumenta

Enable Notifications OK No thanks