Select Page

Ilbieraħ saret protesta mill-Moviment Graffitti fi Blue Lagoon biex dan il-post ma jibqax ikun imblukkat għall-pubbliku.

Dalgħodu l-Moviment Graffitti, tella’ stqarrja fejn allega li Joseph Portelli telaq bil-moħbi miż-Żewwieqa, l-Imġarr Għawdex bi 30 raġel. Spjegaw kif l-intenzjoni kienet li “jinqdew bihom sabiex joqogħdu fuq id-deckchairs minn kmieni filgħodu u ma jħallux il-protesta ssir. Joseph Portelli huwa s-sieħeb fin-negozju ta’ Daniel Refalo, wieħed miż-żewġ operaturi tad-deckchairs fil-Blue Lagoon.”

Allegaw ukoll li kien hemm kontenituri bix-xorb għan-nies li ġabu magħhom. Spjegaw li jistgħu jikkonfermaw li n-nies waslu Kemmuna u kienu ser jibdew jokkupaw l-ispazju kollu qabel tibda l-protesta. Iżda l-pulizija ordnawlhom jitilqu ‘l hemm. Però wħud minnhom xorta waħda baqgħu l-Blue Lagoon u bdew jippruvaw ifixklu l-protesta billi jitfgħu mużika tgħajjat waqt id-diskorsi. Wieħed minnhom anki fiżikament ħebb għal wieħed mill-attivisti.

Temmew jgħidu li “il-bullies ma jbeżżgħuniex. Il-ġlieda tkompli ✊”.

Taqbel li l-protesta kienet imfixkla biex ma ssirx?

Ikkumenta

Enable Notifications    OK No thanks