Illum bdiet il-ġimgħa tal-festa għar-residenti ta’ Birkirkara. Fil-fatt, dalgħodu mijiet ta’ Karkariżi ħonqu z-zuntier tal-knisja għall-ħruġ tal-istatwa ta’ Sant’Elena minn ġon-niċċa.

Fost iċ-ċapċip tal-folla u daqq tal-banda, instemgħet il-kaxxa tal-logħob tan-nar. Sa ftit snin ilu din il-festa kienet tiġi ċċelebrata fil-ġurnata tagħha, fit-18 ta’ Awwissu.

Sant’Elena ta’ Kostantinopli (248/250-328 W.K.) kienet omm l-imperatur Ruman Kostantinu I. Hija għamlet pellegrinaġġ famuż lejn Ġerusalemm fejn it-tradizzjoni tgħid li sabet is-salib veru ta’ Kristu u bniet il-Bażilika tas-Santu Sepulkru.

Hija meqjuma bħala qaddisa u meqjusa bħala l-patruna tal-arkeoloġi, tal-konvertiti, taż-żwiġijiet diffiċli, tan-nies divorzjati, tal-imperatriċi, u ta’ skoperti ġodda.

Kontu tafu li hemm gżira imsemmija għal Santa Elena! Din il-gzira tinsab fin-nofsinhar tal-Oċean Atlantiku. St Helena Island hija t-tieni l-eqdem territorju barrani tar-Renju Unit wara Bermuda. Din il-gżira hija magħrufa li kienet il-post tat-tieni eżilju ta’ Napoljun, wara l-aħħar telfa tiegħu fl-1815.

Il-Karkariżi ma jiċċelebrawx biss fix-xahar ta’ Awwissu. Fil-fatt huma jiċċelebraw is-sejba tas-salib fit-3 ta’ Mejju. Din il-festa hija magħrufa bħala l-festa ta ‘Santu Kruċ’.

Fost in-nies popolari minn Birkirkara u li jiċċelebraw din il-festa hemm: il-kantanti aħwa Renato u Helen Micallef, il-kantanta Destiny Chukunyere, u l-player ta’ Hamrun Spartans Luke Montebello.

Minn hawn nixtiequ nawguraw il-festa t-tajba lill-Karkariżi kollha.

Inti kont hemm? Ikkummenta hawn taħt.

Ikkumenta

Enable Notifications OK No thanks