Ħafna staqsew kif ilbieraħ Warren Schembri Bonello ma kienx fuq il-palk għal ‘Il-Kbir Għadu Ġej”.
Dan għaliex Warren flimkien ma’ martu Lara saru ġenituri ta’ Nina.
Nina twieldet fis-7.27am ta’ dalgħodu. Fuq Facebook huwa stqarr kemm it-twelid tagħha mlietu mimli emozzjoni.

It-tim ta’ Skoperta jawgura lil Warren u lil Lara.
Warren huwa magħruf għaż-żifna ta’ This is The Night.
Ikkumenta

Gradwata b’B.A fil-Malti u b’ċertifikat fil-qari tal-provi.
Ilha ‘l fuq minn 5 snin taħdem bħala producer u kittieba ma’ WE Media LTD. Kienet ukoll maniġer u producer tal-iktar programm segwit f’Malta Xarabank.
Qabel kienet ġurnalista u xandara ma’ Newsbook.com.mt u Bay Radio.
Il-passatempi tagħha huma l-qari u n-Netflix.