Diġà għaddew 45 sena mill-mewt ta’ Elvis Aaron Presley jew kif inhu magħruf aħjar bħala Elvis. Kellu biss 42 sena.
L-interpretazzjonijiet uniċi tal-kanzunetti tiegħu u l-istil tal-prestazzjoni għamluh bħala l-“King tar-Rock and Roll”. Huwa wkoll meqjus bħala wieħed mill-aktar figuri kulturali sinifikanti tas-seklu 20.
Id-dinja kollha kienet imnikket ħafna bil-mewt tiegħu, u nuqqas tiegħu għadu jinħass sal-lum. Fil-fatt il-President ta’ dak iż-żmien, Jimmy Carter kien ħareġ stqarrija li akkredita lil Presley li “biddel b’mod permanenti l-wiċċ tal-kultura popolari Amerikana”.
Is-suċċess tiegħu kien inkredibbli. Biss biss kellu 18-il diska li għamlitha fl-ewwel pożizzjoni fiċ-‘charts’. Fost id-diski popolari u li għadhom jindaqqew sal-lum insibu: Heartbreak Hotel, Suspicious Minds, Love Me Tender, fost ħafna oħrajn.
Għal dawk kollha li kienu u għadhom iħobbu lil dan l-ikona tal-mużika din is-sena ħareġ film bijografiku mużikali dwar il-ħajja ta’ Presley, bl-isem ta’ ‘Elvis’. Austin Butler huwa l-attur li qed jinterpreta lil Presley, filwaqt il-Kurunell Tom Parker qed jiġi interpretat minn Tom Hanks.

Gradwata b’B.A fil-Malti u b’ċertifikat fil-qari tal-provi.
Ilha ‘l fuq minn 5 snin taħdem bħala producer u kittieba ma’ WE Media LTD. Kienet ukoll maniġer u producer tal-iktar programm segwit f’Malta Xarabank.
Qabel kienet ġurnalista u xandara ma’ Newsbook.com.mt u Bay Radio.
Il-passatempi tagħha huma l-qari u n-Netflix.