Peppi jibda l-vlogg tiegħu billi jispjega kif ilu dawn l-aħħar 30 sena jinsisti li n-nies li jitressqu l-Qorti ma għandhomx jidhru fuq il-portals u fuq it-televixin “għax dawn huma innoċenti. Dawn huma akkużati. Għaliex irridu nxerrduhom ma’ kullimkien. U mbagħad jekk ma jinstabux ħatja? Tgħiduli li mbagħad jgħidu li nstabux ħatja.”

Dwar dan jispjega li mhux veru li jġibu li persuna li kienet akkużata, ma nstabitx ħatja. Ifakkar kif dan l-aħħar kien hemm xi ħadd li kien akkużat li ħa d-drogi ħareġ li ma kienx minnu, TVM l-ewwel xandru li jinsab akkużat imma kellu jkun hu stess li jgħidilhom iġibu li dan ma nstabx ħati. Jistqarr ukoll li “illum bl-internet, kif tikteb l-isem ma jitlax li hu/hi innoċenti imma titla’ l-iktar ħaġa li jkunu raw in-nies, jiġifieri li tressaq il-Qorti. Jiġifieri din tibqa’ mċappsa miegħek.”

Isostni li l-midja għamlet xalata ikbar lil dan il-qassis proprju għax hu qassis. Isostni li l-iktar ħaġa li tweġġgħu hi TVM, “l-istazzjon li sippost jiddefendi liċ-ċittadin.” Stqarr li TVM użaw ritratt li fih il-qassis kien qed jagħmel l-iktar ħaġa sagra, il-konsagrazzjoni.

Staqsa, “Li kieku dan kien xi politiku, taħsbu li kienu se jagħmlu dawn l-affarijiet kollha biex isibu ritratt bħal dan?”

Temm billi qal li TVM ġabu l-akkuża ta’ dan il-qassis imma meta l-Papa tkellem kontra il-korruzzjoni, iċċensurawh.

Fil-ġranet li għaddew il-patri li qed jirreferi għalih Peppi kien akkużat li ffroda 150 parruċċan, u b’miżapproprjazzjoni ta’ fondi, ħasil ta’ flus u li ffalsifika xi dokumenti.

Ikkumenta

Enable Notifications OK No thanks