Dalgħodu l-Kummissjoni Migranti ħabbret il-mewt ta’ Mons Philip Calleja, ‘is-saċerdot għall-immigranti u r-refuġjati Maltin f’Malta’.
Huwa kellu 93 sena.
Mons Calleja, kien il-qaddej t’Alla u wieħed mill-pedamenti tal-Knisja Maltija għal disgħa u sittin sena. Mill-ordinazzjoni saċerdotali tiegħu, Calleja dejjem wera interess partikolari fl-emigranti Maltin li jgħixu barra minn xtutna. Fil-fatt fost il-ġid li huwa ghamel insibu li huwa kien li waqaf il-Kummissjoni Emigrazzjoni tal-Azzjoni Kattolika.
Fl-1958 Mgr Calleja nħatar l-ewwel direttur nazzjonali tal-Attivitajiet tal-Emigrazzjoni Kattolika. Fl-1969 huwa kien il-moħħ wara Dar I-Emigrant fil-Palazz ta’ Kastilja, il-Belt Valletta. Fl-1980 l-Arċisqof ħatru bħala delegat tiegħu fuq is-segretarjat għall-immigranti u t-turisti.
It-tim ta’ Skoperta jestendi l-kondoljanzi lill-familja kollha tiegħu.

Gradwata b’B.A fil-Malti u b’ċertifikat fil-qari tal-provi.
Ilha ‘l fuq minn 5 snin taħdem bħala producer u kittieba ma’ WE Media LTD. Kienet ukoll maniġer u producer tal-iktar programm segwit f’Malta Xarabank.
Qabel kienet ġurnalista u xandara ma’ Newsbook.com.mt u Bay Radio.
Il-passatempi tagħha huma l-qari u n-Netflix.