Select Page

Illum il-Papa reġa’ kellu tibdila mhux skedata waqt l-udjenza ġenerali tal-Erbgħa.

Din id-darba, is-sorpriża kien tifel ta’ bejn l-erba’ u l-ħames snin. Dan iċ-ċkejken tela’ dritt għal fejn il-Papa u baqa’ jħares lejh bla ma ċċaqlaq. L-ironija hija li waqt din l-udjenza l-Papa kien qed jitkellem fuq id-djalogu bejn l-anzjani u tfal.

It-tifel li baqa’ msammar bl-emozzjoni sal-aħħar, ingħata kuruna tar-rużarju mingħand “in-nannu liebes l-abjad”.

Ikkumenta

Enable Notifications OK No thanks