Qtates suwed huma meqjusa bħala kumpanji leali.

Sfortunatament għal ċertu nies, qattus iswed iffisser xorti ħazina, u malli jaraw din il-ġmiel ta’ kreatura taqbadhom biża’ kbira. Din hija superstizzjoni li tmur lura għal ħafna snin. Fiż-żmien il-Medju Evu, in-nies kienu jaraw lis-sħaħar bħala qtates suwed li jbiddlu l-forma u minn hemm bdiet il-ħsara.

Madankollu għal diversi kulturi, qtates suwed kienu fil-fatt maħsuba għal affarijiet pożittivi. Qtates suwed huma meqjusa bħala kumpanji leali. Fil-fatt, biex jitneħħew dawn il-miti dwar il-qtates suwed, inħoloq il-Jum Nazzjonali tal-Apprezzament tal-Qtates Suwed. Dan il-jum niċċelebrawh illum, 17 ta’ Awwissu.

Illum il-ġurnata, il-kultura pop qajmet kuxjenza kbira dwar l-imħabba għall-qtates suwed. Fil-fatt insibu din il-preżenza għall-imħabba għall-qattus iswed fis-sensiliet ‘Hocus Pocus’ u l-qattus Salem, f’’Sabrina, The Teenage Witch”. Ma nistgħux ninsew il-qattus iswed cartoon klassiku, Luna f’’Sailor Moon’.


Għalkemm din is-superstizzjoni ilha għal ħafna snin, ma ridux ninsew li l-qtates suwed huma fil-fatt milqugħa minn ħafna nies. Għal xi wħud, żjara minn qattus iswed ifisser xorti tajba, u għal oħrajn ifisser prosperità. Fi kliem sempliċi, m’hemmx għalfejn tibża’ minnhom.

Tinsewx, meta taraw xi qattus barra triq agħtuh ftit ilma għax is-sħana u jekk tagħtuħ ftit ikel ma tagħmlux ħażin.

Ikkumenta

Enable Notifications OK No thanks