Il-Kappillan ta’ Marsaxlokk jinsab mixli bi frodi u miżapproprjazzjoni ta’ flus b’dannu għal madwar 150 parruċċan u b’ħasil ta’ flus u falsifikazzjoni ta’ dokumenti.
Huwa kien wieġeb mhux ħati.
Ilbieraħ il-prosekuzzjoni qalet li Fr Seguna kellu 10 kontijiet mifruxin f’banek differenti
Fihom kien hemm ammonti mhux spjegati meta l-paga tiegħu kienet ta’ ftit iktar minn €16,000.
Il-prosekuzzjoni sostniet li f’ċertu snin kienu depożitati mat-€80,000 fis-sena.
F’dan il-każ il-prosekuzzjoni qed tallega li l-kappillan wettaq mal-€500,000 fi frodi, inkluż b’dannu għall-Arċidjoċesi ta’ Malta.
Id-difiża qalet li dawn il-flus ġejjin minn donazzjonijiet li rċieva mill-parruċċani għal diversi attivitajiet li ċċelebra.

Gradwata b’B.A fil-Malti u b’ċertifikat fil-qari tal-provi.
Ilha ‘l fuq minn 5 snin taħdem bħala producer u kittieba ma’ WE Media LTD. Kienet ukoll maniġer u producer tal-iktar programm segwit f’Malta Xarabank.
Qabel kienet ġurnalista u xandara ma’ Newsbook.com.mt u Bay Radio.
Il-passatempi tagħha huma l-qari u n-Netflix.