Illum, fid-disgħa ta’ filgħaxija mistennija tintlagħab il-logħba bejn Ħamrun Spartans u FK Partizan.
Din ser tkun l-ewwel darba li klabb Malti ser jilgħab partita play-off tal-ewwel leg tal-Kompetizzjoni Ewropea. Il-Ħamrun ser ikunu qed jilagħbu ‘away’ f’Stadion FK Partizan ġewwa Belgrade, Serbia.
Nawguraw minn qalbna lil Ħamrun Spartans għal din il-logħba. Ċerti li ser tkomplu tagħmlu unur lil Malta.
Forza Ħamrun Spartans. Forza Malta dejjem.
Titilfuhiex …. illum fid-21:00hrs
Ikkumenta
