Skont it-Times of Malta, qed jingħad li l-kappillan ta’ Marsaxlokk nefaq kważi €150,000 mill-flus tal-parruċċani fuq siti pornografiċi.

Skont sorsi qrib l-investigazzjoni qalu lit-Times of Malta li l-Kappillan kien akkużat li uża ammont kbir mid-donazzjonijiet tal-parruċċani fuq is-siti li jipprovdu xows ta’ sess live li biex tarahom trid tħallas.

It-Times of Malta qalu li l-Kappillan jingħad li kien għaddej minn “kriżi sesswali” mwassla minn problema kbir ta’ saħħa li kien għaddej minnha dak il-waqt.

Ikkumenta

Enable Notifications OK No thanks