Tmut l-attriċi Josephine Tewson ta’ Last Of The Summer Wine u Keeping Up Appearances fl-età ta’ 91 sena.

Tewson kienet l-aktar magħrufa għar-rwoli tagħha bħala Elizabeth Warden f’Keeping Up Appearances u Miss Davenport f’Last Of The Summer Wine.

Hija mietet ilbieraħ filgħaxija f’Denville Hall, dar tal-irtirar għall-atturi f’Northwood, fil-grigal ta’ Londra.

Ikkumenta

Enable Notifications OK No thanks