Illum l-eks Prim Ministru u Mexxej Laburista, Duminku Mintoff jagħlaq 10 snin minn meta ħalliena.
Il-Perit Mintoff kien Segretarju Ġenerali tal-Partit Laburista u wara kien Deputat Mexxej. Mintoff kien Deputat Prim Ministru u Ministru għax-Xogħlijiet Pubbliċi u r-Rikostruzzjoni.
Wara l-firda fil-Partit Laburista, Mintoff sar Mexxej Laburista fl-1949.
Il-Perit Mintoff kien Prim Ministru ta’ Malta f’erba’ leġiżlaturi.
Fost l-akbar bidliet li ġraw f’Malta bil-Perit Mintoff kienet il-kisba tal-Ħelsien.
Ikkumenta
