L-inċident seħħ abbord l-Ethopian Airlines Boeing 737-800 li kien waqt titjira mis-Sudan lejn l-Etjopja.
Minkejja li mill-kontroll tat-traffiku tal-ajru saru diversi tentattivi biex jagħmlu kuntatt mal-ekwipaġġ, ma kien hemm l-ebda rispons.
L-allarm inqala’ meta l-ajruplan qabeż ir-runway li suppost kellu jinżel fiha.
Dan ġara għaliex iż-żewġ bdoti li kien hemm fuq l-ajruplan raqdu waqt it-titjira.
L-ajruplan niżel 25 minuta wara li rnexxielhom jagħmlu kuntatt magħhom, li bħalissa twaqqfu milli jaħdmu u qed jiġu investigati.
Ikkumenta
