L-Imġarr għandhom din it-tradizzjoni li tmur lura għas-sena 1922, meta l-vara nġiebet minn Marsilja.
It-tradizzjoni, li baqgħet tinżamm sal-ġurnata tal-lum, oriġinat minħabba li dak iż-żmien kien għad fadal xi dejn x’jitħallas u allura saret ġabra minn dawk li xtaqu jerfgħu l-vara.
Illum il-ġurnata, din it-tradizzjoni ssir billi fil-jum tal-festa n-nies jinġabru ħdejn il-knisja u l-kappillan isejjaħ lil dawk li jkunu jridu joffru somma biex jerfgħu l-vara, biex jibdew jaghmlu l-offerti li jixtiequ.
Ladarba jsiru l-offerti, ikun dak il-grupp li jagħmel l-ogħla offerta, li jerfa’ l-vara.
Din is-sena, il-grupp magħruf lokalment bħala “Ta’ Wistin”, se jkun qed jerfa’ l-vara għall-ogħla offerta li saret, dik ta’ €46,000. Il-flus imorru għall-ħidma pastorali.
