Ingredjenti:
Żewġ sweet potatoes
140g piżelli
60g brokkoli
300g faqqiegħ
150g ġobon Halloumi
Basal u Tewm
Ftit klin (rosemary) u salvja (sage)
Metodu:
- Aħsel il-patata sewwa u qattagħha minn tulha.
- Poġġi l-karta tal-parċmina ġod-dixx u idlek il-parċmina biż-żejt.
- Poġġi l-patata fuq karta tal-parċmina.
- Għatti d-dixx bil-foil u aħmi għal 30 minuta, iċċekkja meta jibdew jirtabu.
- Sadanittant ġo taġen sajjar il-basla mqatta’ u t-tewm bil-ħxejjex aromatiċi.
- Żid il-faqqiegħ, brokkoli (maqtugħin żgħar), piżelli u kompli ħawwad sakemm il-faqqiegħ ikun imsajjar.
- Neħħi s-sweet potato minn fuq in-nar u bit-taħlita tal-ħaxix imla n-nofsijiet bil-kuċċarina.
- Poġġihom lura fil-forn għal 10 minuti f’dixx miftuħ, fl-aħħar żid il-ġobon halloumi u aħmi għal ftit minuti oħra. (iċċekkja li ma taħraqx il-ġobon – madwar 5 minuti).
- Servih bil-ħxejjex li tippreferi.
L-ikla t-tajba!
Ikkumenta
