Fuq il-paġna ta’ The Entertainers tħabbar it-tmiem tal-vjaġġ ta’ dan il-programm.
Dan għaliex, wara 7 snin, il-programm mhux se jkun qed jirritorna fl-iskeda l-ġdida ta’ NET TV.
The Entertainers kien jixxandar kull nhar ta’ Sibt filgħaxija fuq NET TV, fejn kien ikun imżewwaq b’diversi personalitajiet u mużika.
L-ewwel 6 staġuni ġew ippreżentati minn Janvil, filwaqt li l-aħħar staġun ġie ppreżentat minn Corazón Mizzi u Victorio Gauci.
Filwaqt li rringrazzja lis-segwaċi tas-sapport li dejjem taw lil dan il-programm, it-tim ta’ Spiteri Lucas Entertainment stqarr li din ma kinitx deċiżjoni faċli iżda ħass li wasal iż-żmien li l-avventura tal-programm tieqaf li hawn.
It-tim tal-produzzjoni qal li għalissa m’għandu xejn ippjanat għat-televiżjoni iżda fil-ġimgħat u xhur li ġejjin se jkun qed jaħdem fuq proġetti mużikali lil hinn mit-televiżjoni.
