Bħal-lum 62 sena ilu, Twanny Aquilina, tifel ta’ 8 snin, instab maqtul fid-dar tiegħu.

It-tifel instab f’għadira demm. Għonqu kien imħanxar b’sikkina tal-ħobż.

Is-suspettati kienu primarjament ommu stess, Ġiġa, u r-raġel tagħha Leli.

Ġiġa minn dejjem ċaħdet l-akkużi imma nstabet ħatja, flimkien mar-raġel Leli. Filwaqt li huwa ngħata sentenza ta’ 20 sena priġunerija b’xogħol iebes, Ġiġa ngħatat il-piena kapitali li wara nbidlet biex tingħata sentenza ta’ priġunerija għal għomorha.

Fuq Xarabank, oħt Twanny, Carmen kienet stqarret li “Jiena naħlef fuq uliedi, le ma kinux huma”.

Ikkumenta

Enable Notifications OK No thanks