Select Page

Il-Prim Ministru tal-Finlandja Sanna Marin skużat ruħha għal ritratt li juri żewġ nisa topless li kienu mistednin fir-residenza uffiċjali tagħha.

Dan ftit jiem biss wara li ffaċċjat akkużi wara li xxerred filmat li juri lilha tiżfen, tkanta u tixrob f’party, tant li volontarjament għamlet test tad-droga, li rriżulta fin-negattiv.

Ir-ritratt, ta’ żewġ influencers magħrufa, ittieħed ġewwa r-residenza tal-Prim Ministru f’Lulju u beda jiċċirkola fuq il-midja soċjali nhar it-Tlieta.

Marin ammettiet li r-ritratt ma kienx xieraq u skużat ruħha.

Fir-ritratt, iż-żewġ nisa jidhru jbusu jgħattu sidirhom b’tabella li fuqha hemm miktub “Finlandja”.

Sanna Marin, ta’ 36 sena, li saret Prim Ministru fl-2019, kienet sa ftit ilu l-iżgħar Prim Ministru fid-dinja.

Din il-kontroversja dwarha qed tinqala’ hekk kif il-Finlandja għaddejja bil-proċeduri tagħha biex tingħaqad mal-alleanza militari tan-NATO u tirreaġixxi għall-invażjoni tal-ġar tagħha, ir-Russja fl-Ukrajna.

Ikkumenta

Enable Notifications    OK No thanks